Mara fiċ-Ċina żviluppat tip ta’ nuqqas ta’ smigħ rari li jagħmilha impossibli li tisma’ l-vuċi ta’ raġel. Il-mara li kunjomha huwa Chen marret l-isptar Quinpu fejn iltaqgħet ma’ speċjalisti.

L-isptar hi qalet lit-tobba li darba marret torqod u kellha dardir u żarżir f’widnejha. L-għada filgħodu qamet u ma setgħetx tisma’ lis-sieħeb tagħha jitkellem. It-tobba malajr indunaw x’inhu jiġri hekk kif hi bdiet tisma’ dak li qed jgħidula t-tobba nisa iżda mhux dak li qalulha l-irġiel. Din it-tip ta’ kundizzjoni hija magħrufa bħala “reverse-slope hearing loss”.

Fuq Twitter kienu bosta dawk li ħaduha b’ċajta, oħrajn qalu li qed jgħiru għaliha filwaqt li xi persuni staqsew x’jistgħu jagħmlu biex huma wkoll jiżviluppaw l-istess kundizzjoni. Din il-kundizzjoni twassal persuna sabiex ma tibqax tisma’ ħsejjes ta’ frekwenza baxxa.