Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu beda l-vjaġġ tiegħu lejn il-parroċċi kollha Għawdxin fuq xewqa tal-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.

Fuq Facebook, il-parroċċa tax-Xagħra qalet li dan il-kwadru għamel l-ewwel waqfa tiegħu fil-Knisja tax-Xagħra lbieraħ. L-Isqof Grech u r-rettur tas-Santwarju ta’ Punu mexxew l-għasar fis-santwarju u wara beda l-vjaġġ lejn ix-Xagħra. Hemm saret it-talba tar-rużarju li kienet segwita b’quddiesa.

Iż-żjara tal-inkwadru qed isir bejn it-12 u s-27 ta’ Jannar fl-okkażjoni tas-Sena Djoċesana Marjana u l-400 sena tal-kwadru.

Filmat: Manny Buhagiar