CMRU

Raġel ammetta li daħħal id-droga kokaina f’Malta bl-iskop li tiġi ttraffikata filwaqt li żagħżugħ arrestat b’rabta mal-istess każ qal li ma kienx ħati ta’ pussess ta’ kokaina.

Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel mill-Olanda akkużat bl-importazzjoni tad-droga ġie arrestat il-Ġimgħa flimkien ma’ żewġ persuni oħra f’Tas-Sliema. Hu ammetta l-akkużi kontrih u nżamm arrestat.

Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Fgura qal li ma kienx ħati li kellu fuqu l-kokaina biex tiġi ttraffikata. Id-difiża talbet għall-ħelsien tiegħu mill-arrest però l-Qorti ċaħdet din it-talba.