Żagħżugħ ta’ 24 sena ngħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiża għal tliet snin talli seraq laptop minn lukanda f’San Pawl il-Baħar.

Fil-Qorti nstema’ kif Hristijan Slavev, li huwa mill-Maċedonja, ammetta li seraq il-laptop. Il-każ seħħ fid-9 ta’ Diċembru tal-2018. Il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ ma kkooperax magħha waqt l-investigazzjonijiet tagħha u li kien qiegħed f’Malta b’mod illegali.