Ġiet żvelat ix-xahar eżatt li fih se titwieled it-tarbija Rjali l-ġdida hekk kif id-Dukessa ta’ Sussex daħlet fis-sitt xahar tat-tqala tagħha.

Meghan Markle qalet dalgħodu li t-tarbija tagħha u tal-Prinċep Harry mistennija titwieled f’April li ġej waqt li indirizzaw iċ-ċorma f’Birkenhead.

Dan kien l-ewwel ingaġġ irjali għall-mara ta’ 37 sena għall-2019 mar-raġel tagħha. Il-persuni li ltaqgħu magħha xtraw rigal għat-tarbija f’forma ta’ ġugarell kbir fl-għamla ta’ ors. Meghan ingħatat ukoll bukketti fjuri.