Il-kumitat organizzattiv tan-nofs maratona ta’ Għawdex b’unur iħabbar li rreġistrazzjonijiet għallparteċipazzjoni fl-44 edizzjoni tat-Teamsport Gozo Half Marathon ġew miftuħa. Dan l-avveniment huwa defenittivament l-akbar u l-aktar avveniment atletiku stabbilit f・Għawdex li jiġbed mijiet ta・ atleti kemm lokali u barranin.

L-edizzjoni tal-2019 ser tkun timmarka edizzjoni mill-aktar speċjali għal wieħed mill-aktar avvenimenti tal-ġiri mistennija minħabba diversi bidliet fil-forma tal-avveniment li verament ser jgħinu biex jagħmlu esperjenza talġiri unika. Fil-fatt, l-avveniment ser ikun isir fuq jumejn, is-27 u t-28 t’April. Dawn id-dati jagħmlu  opportunita’ perfetta għallħbieb u l-familji bl-istess mod biex iqattgħu tmiem ilġimgħa ġewwa Għawdex sabiex jgawdu s-sbuħija intatta taloħt gżira ta’ Malta u jesperjenzaw il-forma revoluzzjonarja tal-avveniment, li hija l-ewwel tax-xorta tagħha filgżejjer Maltin.

Għall-ewwel darba, it-tlielaq kompetittivi għat-tfal (Tfal 2km u Tfal 4km) ser ikunu jsiru s-Sibt 27 t’April 2019 sabiex jagħmilha possibli għal dawk l-atleti li huma ġenituri/qraba sabiex jaraw liżżgħar tagħhom jiġru. IlĦadd 28 t’ April 2019, barra min-nofs maratona, l-organizzaturi b’unur ser jagħmlu d-debutt tar-rotta l-ġdida ta・ 10km li ser tkun tieħu post ittellieqa preċedenti ta’ 8 mili. L-avveniment tal-Ħadd ser ikun ikkaratterizzat min-numru ta’ ġirjiet/mixjiet mhux kompetittivi, partikularment il-mixja tal-10km, il-mixja tal-5km, il-ġirja għall-familja tal-5km u l-ġirja għall-familja taż-2km.

L-għan tagħna hu li ntejbu l-kwalita’ tal-avveniment sena wara sena, qal Mark Bonnici, il-President kumitat organizzattiv. Il-Gozo Tourism Association irrikonoxxit l-isforzi tal-organizzaturi, fejn ġew mogħtija il-Gozo Cultural/Social Tourism Achievement Award 2018.

Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit onlajn uffiċjali tagħna www.gozomarathon.org jew inkella fuq diversi pjattaformi tal-midja soċjali.

Il-kumitat organizzattiv tan-nofs maratona ta’ Għawdex huwa appoġġjat minn Teamsport, Diadora, l-Awtorità Maltija għatTuriżmu, ilMinisteru għal Għawdex, San Michel u l-Kunsill Lokali tax-Xagħra.

Din l-inizjattiva kienet sostnuta bl-iskema Ministry for Gozo NGO Assistance Scheme programm ta’ finanzjament għall-Organizzazzjonijiet Volontarji f’Għawdex.