Reżoluzzjoni mhux  leġislattiva li ġiet addottata bi 390 vot favur, 153 vot kontra u 63 astenzjoni, il-Membri Parlamentari Ewropej sejħu biex l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea jirrispettaw is-saltna tad-dritt u jikkundannaw il-limitazzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni kif ukoll id-drittijiet fundamentali tal-migranti upersuni li qed ifittxu ażil f’ċerta pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifittxu jiffirmaw il-konvenzjoni ta’ Istanbul mingħajr dewmien b’hekk ikun hemm iktar sapport lejn id-demostrazzjonijiet li seħħew fl-2017 kontra r-rigressjoni tas-sesswalità u s-saħħa tal-mara.

Dwar is-saltna tad-dritt, l-MEP’s ikkundannaw azzjonijiet li ttieħdu minn ċerti pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li dgħajfu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Huma saħqu li s-saltna tad-dritt għandha dejjem tiġi mħarsa mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew qal li l-whistleblowers għandhom ikunu protetti għax huwa importanti ħafna għall-ġurnaliżmu investigattiv. Huma wrew it-tħassib tagħhom dwar it-theddid, il-pressjoni u r-riskji li l-ġurnalisti jaffaċċjaw fl-Unjoni Ewropea.

L-MEPs wissew dwar kliem ta’ mibgħeda li jiġi mxerred u kkundannaw iż-żieda fil-movimenti tal-lemin estrem. Huma kkundannaw ż-żieda fl-iżlamofobija u l-antisentimentaliżmu kif ukoll fid-diskriminazzjoni u l-istigma kontra persuni LGBTIIQ fl-Unjoni Ewropea. Il-Membri Parlamentari Ewropej inkoraġixxu lill-awtoritajiet biex jiffaċilitaw il-visas umanitarji lil dawk li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali.