Ir-regolarizzazzjoni tal-għoti ta’ warrants lill-konservaturi, ir-re-definizzjoni tal-wirt
storiku biex tinkludi l-wirt ta’ taħt il-baħar, aktar poteri lill-Heritage Malta fuq l-iskavi
huma fost it-titbdil propost fl-abbozz ta’ ligi biex se jemenda l-Att dwar il-Patrimonju
Kulturali.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura Owen Bonnici qal li dawn se jiġu proposti biex ħarsien
tal-Partimonju Kulturali jingħata għodod għal ħtiġijiet tal-lum. Bonnici spjega li l-bord tal-warrants qatt ma ħareġ warrant għal raġuni sempliċi li l-bord qatt
ma ġie ffurmat peress li l-liġi kienet tgħid li l-membri fuq il-bord kellu jkollhom warrant.

Huwa qal s’issa nies mhux kwalifikati iżda bl-esperjenza fir-restawr se jingħataw iċ-ċans li japplikaw għal warrant, fejn għamel referenza għad-deletanti tal-armar fil-festi Maltin.

Huwa qal li l-liġi se toħloq reġistru ta’ heritage skills biex jinħoloq inventarju dwar il-ħiliet li jeżistu fil-qasam tar-restawr fosthom il-marmisti.

Huwa qal li kulħadd se jkun obbligat li jirrapporta sejbiet li jsiru f’qiegħ il-baħar, waqt li l-iskavi li jinstabu waqt xogħol ta’ tħaffir jgħaddi mmedjatament għand Heritage Malta u jidħol jagħmel parti mill-kollezjoni nazzjonali.

Min-naħa tagħha, d-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li f’dan l-abbozz
ta’ liġi, l-Gvern flok qed jżomm ‘at arms’ length’ mill-Patrimonju Kulturali u l-għaqdiet Non-
Governattivi, qed jakkwista iktar kontrol fuqhom.

Hija qalet li l-Gvern mhux qed isaħħaħ id is-Sovvrintendenza tal-Partimonju Kulturali mill-
attakki kontinwi tal-awtorità tal-ippjanar.