Christoph Schwaiger

Emmanuel Grech ta’ 65 sena miet fil-kumpless tax-xiri Daniel’s il-Ħamrun, kien salva tifla meta kienet għadha żgħira.

Fil-kumment tagħha fuq Facebook, Dennisha Spiteri qalet li iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tirrealizza kemm fid-dinja m’aħna xejn. Hija għamlet referenza għall-mewt ta’ Emmanuel Grech u rreferiet għalih kif bosta kienu jafuh bħala Leli. Filwaqt li tat il-kondoljanzi tagħha lill-familja tiegħu, hija rringrazjatu talli meta kienet żgħira Emanuel salvalha ħajjitha u qalet li kien persuna twajjeb u lest li jgħin lil kulħadd.

Iben Emanuel Grech it-Tlieta semma kif il-mewt ta’ missieru kienet sajjetta fil-bnazzi u kien dejjem iwisshom biex joqogħdu attenti meta jkunu fuq ix-xogħol. Huwa semma kif ħassu meta ma seta’ jagħmel xejn biex isalva l-ħajja ta’ missieru.

“Miet quddiemi, ma stajt nagħmel xejn”