Skont il-Partit Nazzjonalista, hemm 30 ħaddiem bla xogħol li għadhom fil-għama.

Is-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista spjegat li dawn spiċċaw barra minn xogħolhom hekk kif fabbrika oħra fil-qasam tal-manifattura qed tiffaċċja diffikultajiet. Żiedet tgħid li l-ħaddiema ilhom ġimgħat ma jafux x’se jiġri minnhom.

Il-Partit saħaq li l-qasam tal-manifattura qed jingħata l-ġenb, minkejja l-impjiegi li offra fl-2011 u fl-2012, meta d-dinja kienet qed tiffaċċja riċessjoni kbira. Kompla jgħid li s-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista turi solidarjetà mal-ħaddiema u l-familji tagħhom u tħeġġeġ lill-Gvern sabiex il-qasam tal-manifattura tingħata importanza.