REUTERS/Ilya Moskovets

Awtoritajiet Russi ċaħdu dak li qal l-Istat Iżlamiku meta ħa r-responsabbiltà tal-isplużjoni f’appartament f’Diċembru li kien qatel 39 persuna.

L-Istati Iżlamiku kien ħa r-responsabbiltà f’gazzetta jisimha Al Naba, fejn spjega li l-isplużjoni saħansitra ikkawża kolass ta’ 10 sulari t’appartamenti fejn mietu 39 persuna, u weġġgħu iktar nies.

Ma provda l-ebda prova ta’ dan; spjega biss li l-grupp poġġew splussivi fil-bini qabel ma ħarġu. Awtoritajiet Russi qalu li din l-ispjegazzjoni m’għandhiex tkun afdata, peress li l-Istat Iżlamiku mhux l-ewwel darba li ħadu responsabbiltà ta’ xiħaġa li m’għamlux.