Ian Noel Pace

Għalkemm illum l-iżjed ġurnata sabiħa tas-sena s’issa, b’temperaturi li jinħassu sa’ 20°C, il-ġimgħa li ġejja se jkun temp ikrah.

Il-paġna fuq Facebook Malta Weather spjegat li ġejja ġimgħa ta’ maltemp għall-ġimgħa d-dieħla f’Malta u Għawdex, hekk kif sistema ta’ pressjoni baxxa qed tifforma fuq il-Mediterran tal-Punent. Minħabba dan, se jkollna ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad, u saħansitra silġ żgħir.

Hemm ukoll rapporti minn bidwi li dan kollu se jibda minn għada, u li se jkollna naqra minn kollox. L-arja għandha tiksaħ, u għalhekk ġie kkonfermat li jaf ikollna xi silġ, u jaf ikollna xi ragħad u sajjetti.

Huwa javża sabiex dawn il-jumejn jinħeles iż-żriegħ kollu li jrid isir; il-ful wasal biex ikun tard, u anka l-piżelli. Però, dan huwa l-aqwa żmien biex tinżera l-patata għal min għandu l-ilma biex isaqqi, u żmien il-patata jdum sal-10 ta’ Frar.