Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-Isptar Mater Dei hemm pazjenti li qed jingħataw il-kura għall-H1N1 jew swine flu, kif inhu aktar magħruf.

Fi stqarrija l-Ministeru spjega li l-pazjenti ħadu l-virus mill-komunità u nżammu l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet respiratorji. Żied jgħid li l-H1N1 kien inkluż fil-vaċċin staġjonali tal-influwenza ta’ din is-sena biex joffri protezzjoni lil dawk li ħadu t-tilqima. S’issa ħadu t-tilqima offruta b’xejn mill-Gvern, 85,687 persuna. Il-vaċċin għadu disponibbli b’xejn miċ-ċentri kollha tas-saħħa.

L-influwenza A (H1N1) faqqgħet fl-2009. Dak iż-żmien kienet aktar ta’ theddida minħabba li l-virus kien ġdid u l-pubbliku ma kienx espost għalih qabel.