Ritratt: Kurja – knisja.mt/ritratti

L-insara kollha madwar id-dinja qed jiġu mħeġġa jingħaqdu f’ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara. 

Dan ħareġ fi stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta li spjegat li l-ġimgħa ta’ talb tibda mil-lum u tintemm nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar. Matul din il-ġimgħa, il-knejjes Insara differenti se jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit-tema għal din is-sena tkun: “għandek tfittex il-ġustizzja, u l-ġustizzja biss.” (Dewt. 16:20).

Propju għal din l-okkażżjoni, nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-6.30pm se jiġi ċċelebrat servizz ekumeniku fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. L-Arċisqof Charles Scicluna se jippresiedi dan is-servizz. Ir-riflessjoni bibblika se ssir mill-Kanonku Simon Godfrey, il-Kanċillier tal-Pro Katidral Anglikan ta’

San Pawl, il-Belt Valletta. Is-servizz ekumeniku se jkun animat mill-kor Joy Gospel. Kulħadd huwa mistieden jattendi.