Ħaddiem f’kafetterija fl-Ingilterra irnexxielu jgħin biex isalva l-ħajja ta’ klijent wara li qala’ daqqiet b’arma li taqta’ pulzieri biss ‘il bod minn qalbu. Dan seħħ fil-Punent ta’ Londra dalgħodu.

Ir-raġel waqa’ fuq il-bankina barra l-kafetterija wara li qala’ d-daqtejn qrib  Kew Gardens għall-ħabta tat-8am. Hu nstema’ jgħajjat għall-għajnuna minn ġewwa l-kafetterija li kien għadu kemm xtara minnha.

Il-vittma, raġel ta’ 50 sena ġie attakkat b’arma li taqta’ quddiem l-istazzjon tal-art ta’ Kew Gardens. In-nies li inzertaw fuq il-post iddeskrivew il-każ bħala tentattiv ta’ serq ta’ karozza.