Il-Pomeranian tant ferrieħi, Boo, li permezz tad-dehra sabiħa tiegħu seraq il-qlub tal-internet, miet.

Boo, li kellu 12-il sena, miet waqt li kien rieqed kmieni l-Ġimgħa filgħodu. Dan tħabbar fuq il-midja soċjali minn sid il-kelb stess. B’dispjaċir kbir, is-sid tal-kelb tenna li issa Boo mar jingħaqad mal-ħabib tiegħu Buddy. Is-sena l-oħra Boo żvilupp problemi bil-qalb wara l-mewt ta’ sieħbu Buddy.

Il-kelb Boo flimkien ma’ Buddy saru sensazzjoni tal-internet hekk kif is-sidien Amerikani tagħhom bdew jaqsmu r-ritratti tal-klieb fuq Facebook.