Skont rapport, ix-xiri ta’ passaport Malti mhux se jgħin plejers li mhumiex mill-Unjoni Ewropea (UE)  biex jilagħbu fir-Renju Unit wara Brexit.

Skont artiklu ta’ SkySports, il-moviment ħieles fir-Renju Unit jaf jintemm wara Brexit.

Dan se jaffettwa direttament il-plejers taħt it-18-il sena. Bħalissa, dawk il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) u dawk fiż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA) huma eżenti minn regola tal-FIFA li tipprevjeni t-trasferiment ta’ plejers taħt it-18. Jekk pajjiż jitlaq mill-UE, din l-eżenzjoni tintilef sakemm ma jkunx hemm arranġamenti apposta.

L-avukat tal-isport Maria Patsalos minn Mischon de Reya qalet lil Transfer Centre Extra li dan huwa dak li qed jistennew.

“Ir-regola mistennija titlaq minn Marzu tal-2019 allura sal-perjodu tat-trasfers tas-sajf mhux se tkun tgħodd aktar u għalhekk il-klabbs ma jkunux jistgħu jġibu dawk il-plejers.”

Ir-regoli l-ġodda jaf jipprevjenu wkoll plejers żgħar Ingliżi milli jilagħbu barra minn pajjiżhom.

“Dawn ukoll se jkollhom problemi, allura hija reċiproka,” żiedet tgħid Patsolas. “L-istess bħal kif aħna mhux se nkunu nattiraw il-plejers Ewropej bħal ma nistgħu nagħmlu issa, l-istess ħaġa se tapplika għal dawk il-plejers Ingliżi sejrin l-Ewropa.”

Għal dawk il-plejers mhux fl-Unjoni Ewropea li jaqgħu barra mill-kriterja tal-Home Office u tal-Assoċjazzjoni tal-Football u dawk li ma jirnexxielhomx jikkonvinċu panel tal-eċċezzjonijiet, l-aħħar għażla li jidher li se tintemm wara Marzu.

Xi pajjiżi tal-UE diġà jbigħu ċ-ċittadinanza, Ċipru, u Malta huma fost l-aktar pajjiżi popolari.

“Iċ-ċittadinanza permezz tal-investiment ma tantx hi użata,” qalet Patsalos. “Hija xi ħaġa delikata peress li xi pajjiżi ma jippermettux iċ-ċittadinanza doppja. Jekk plejer ikollu antenati, din hija xi ħaġa li tintuża ħafna biex jilgħabu fl-Ewropa għax ikunu eliġibbli, però b’rabta mal-investiment hija aktar delikata.”

“Mhux se taħdem wara Brexit għax il-moviment ħieles se jispiċċa. Allura jekk inhuma ċittadini ta’ Ċipru jew Malta, li huma l-kbar, se tkun qed taffettwa l-abbilità tagħhom biex jilagħbu fir-Renju Unit.

Sintendi jistgħu jilagħbu fi Franza, fil-Ġermanja, u dawk il-pajjiżi imma mhux se tkun ta’ għajnuna għar-Renju Unit.”