Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-għadd ta’ nisa Maltin li kienu jaħdmu fuq bażi full-time u part-timebħala xogħol ewlieni tagħhom sal-aħħar ta’ Lulju 2018 kien ta’ 80,642.

Għal mistoqsija parlamentari oħra, il-Ministru qal li l-għadd ta’ tfal li gawdew mill-iskema ta’ childcare bla ħlas matul is-sena 2018 kien ta’ 6,737. Fisser li din kienet waħda mill-ewwel skemi mnieda mill-Gvern Laburista biex tħajjar iktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Il-mistoqsijiet saru mid-deputat Laburista Bryon Camilleri.