Wikipedia

Il-kantant Amerikan Chris Brown, u żewġ persuni oħra ġew arrestati f’Pariġi, wara li mara rrappurtat li ġiet stuprata. Hija qalet li ltaqgħet ma’ Brown u sħabu fil-klabb Le Crystal f’Pariġi nhar l-Erbgħa.

L-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Pariġi rrifjutat li titkellem fuq dan ir-rapport. Il-pubblikaturi tal-kantant Sony Music, ma ridux jgħaddu l-kummenti tagħhom fuq dan ir-rapport u lanqas riedu  jagħtu r-raġuni għaliex hu kien qiegħed Pariġi.

Brown, kellu anke każijiet oħra legali fil-passat mal-eks maħbuba tiegħu, Rihanna.