Malta Weather

Skont il-paġna ta’ Facebook Malta Weather, jidher li l-gżejjer Maltin jistgħu jiġu maħkuma minn urugan fil-Mediterran. Mill-banda l-oħra l-paġna ta’ Facebook Maltese Islands Weather ħarġet stqarrija li l-pubbliku m’għandux jallarma ruħu dwar l-urugan.

Waqt li Malta Weather qed tbassar li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, l-urugan jista’ jgħaddi fuq jew qrib il-ġżejjer Maltin, Maltese Islands Weather bassret biss riħ qawwi u xi ħalbiet tax-xita mill-Ħamis li ġej sas-Sibt.

Skont l-Uffiċju Meterjoloġiku mill-Ajruport ta’ Malta, minn nhar il-Ħamis sal-Ħadd, Malta għandha tintlaqat minn riħ qawwi. Ir-riħ imbassar li jitla’ sa’ forza 7, fejn imbagħad jibda’ jbatti għal forza 5.

Maltese Islands Weather appellat sabiex paġni oħra tat-temp fuq Facebook ma jfittxux li jallarmaw il-poplu għalxejn.