Stqarrija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni maħruġa ftit wara l-pubblikazzjoni ta’ filmat ta’ student ikellem b’mod oxxen għalliema ikkonfermat li l-filmat kien awtentiku iżda, ġie indikat li l-każ seħħ fl-2017. L-istqarrija tgħid ukoll li kienu ttieħdu l-passi dixxiplinarji fil-konfront tal-istudent, fejn ġie sospiż u ma baqax jattendi f’din l-iskola. Barra minn hekk l-istudent (li wiċċu fil-filmat ġie mgħotti minn Newsbook.com.mt) intbagħat programm edukattiv tal-Appoġġ. Fl-istqarrija, il-Gvern qal ukoll li kien sar rapport mill-iskola lill-pulizija.

Il-filmat ingħata lil Newsbook.com.mt minn persuna li għandha pożizzjoni ta’ responsabbiltà u għaddietu lilna fid-dawl tal-kampanja li qed issir kontra l-vjolenza li jsofru kontinwament l-għalliema.

Għalkemm il-filmat huwa awtentiku Newsbook.com.mt iħoss li għandu jiġi irtirat ġaladarba l-inċident ma ġarax riċentement u dwaru ittieħdet azzjoni.

Niżkuzaw ruħna għal kull inkonvenjent.