Gonzalo Higuain ingħaqad b’self għal sitt xhur ma’ Chelsea mingħand Juventus. L-attakkant Arġentin qatta’ l-ewwel parti tal-istaġun ma’ AC Milan fejn skurja 8 gowls.

L-eks attakkant ta’ Real Madrid u Juventus, li meta kien plejer ta’ Napoli lagħab għal staġun taħt il-gwida tal-kowċ ta’ Chelsea Maurizio Sarri, wasal Londra l-Erbgħa filgħodu sabiex iwettaq it-testijiet mediċi meħtieġa.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Sarri stqarr mal-ġurnalisti:

“Huwa attakkant b’saħħtu ħafna. Speċjalment fl-ewwel staġun tiegħi ma’ Napoli. Skurja 36 gowl f’35 logħba fis-Serie A. Bla dubju, huwa wieħed mill-aqwa attakkanti li ltqajt magħhom fil-karriera tiegħi.”