Il-maltemp jidher li se jippersisti fuq il-gżejjer Maltin hekk kif il-bassara tat-temp indipendenti kif ukoll dawk tal-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jagħmlu t-twissijiet tagħhom.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku għamel żewġ twissijiet għal-lum kemm dwar ix-xita kif ukoll dwar ir-riħ. Matul il-ġurnata tal-lum mistennijin ħalbiet iżolati tax-xita jew tas-silġ bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ f’xi waqtiet. Din it-twissija tibqa’ valida sad-9am. Intant wissa wkoll dwar riħ mill-Punent il-Lbiċ li se jkun qawwi, lokalment qawwi ħafna f’xi waqtiet, fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ valida sa nofsinhar.

Intant, il-bassara indipendenti MaltaWeather.com qed jgħidu li x-xita bir-ragħad se tkun qed tippersisti matul il-ġurnata kollha. Imbagħad ir-riħ qawwi huwa prevvist li jibqa’ magħna propju sa nhar is-Sibt li ġej.

Hekk kif il-maltemp, ġeneralment iġib miegħu ħafna kesħa, jidher li l-inqas tempratura għal-lum mistennija tinżel għal tmien gradi celcius, filwaqt li l-ogħla waħda se tkun dik ta’ 13.

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi