Tnida kors ġdid immirat għal dawk li jieħdu ħsieb persuni li jbatu mid-dimensja. Il-kors ġie mniedi mis-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis.

Huwa qal li dan il-kors huwa parti mill-’Istrategija Nazzjonali għad-Dimensja fil-Gżejjer Maltin ‘ li bdda fl-2015. Huwa semma li dan it-taħriġ huwa pass ieħor fil-viżjoni tal-Gvern biex ikun hawn soċjetà preparata biex tgħin lil dawk kollha li jbatu bid-dimensja. Għan ieħor ta’ dan il-kors huwa li kemm jista’ jkun jiġu indirizzati ħafna domandi li jkollhom il-qraba u dan jista’ jidher mill-ammont sostanzjali ta’ telefonati li jidħlu fuq il-Helpline 1771. Anthony Agius Decelis ħeġġeġ lil dawk kollha li m’għandhomx sfond mediku biex jattendu għal dan it-taħriġ.

Dan il-kors se jkun jikkonsisti f’10 sezzjonijiet li jipprovdu informazzjoni fuq id-dimensja, l-irwol tal-caregivers, u l-aspetti legali u prattiċi. Fl-aħħar ta’ dawn is-sezzjonijiet se jsir assessjar. Biex wieħed jipparteċipa f’dan il-kors jista‘ jmur fiżikament ġewwa ċ-ċentru tat-taħriġ f’San Vinċenz De Paul jew jistgħu jsegwu dan il-kors online. Dawk kollha li jixtieq japplikaw jistgħu jagħfsu hawn jew iċemplu fuq 22912485 jew 22912473.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Faċilità għal kura fit-Tul f’San Vinċenz De Paul, Josianne Cutajar qalet li jkun hemm aktar għarfien fost il-qrab dwar kif jistħu jkunu ta’ aktar għajnuna għal persuni bid-dimensja.