HSBC Bank Malta p.l.c. beda l-2019 b’offerti kbar fuq self għal djar, self personali, kif ukoll premjijiet għall-klijenti ġodda li japplikaw għall-proposti uniċi Premier jew Advance tiegħu.

Għal dawk il-klijenti li se jixtru l-ewwel jew it-tieni dar tagħhom, l-HSBC qed toffri self b’rati ta’ imgħax kompetittivi fuq il-Classic Home Loan. Dawn ir-rati huma fissi sat-30 ta’ Ġunju 2022. Klijenti ta’ self għal djar ser  igawdu minn attenzjoni personalizzata mingħand maniġers speċjalizzati fuq dan is-self li jiggwidawhom tul il-proċess kollu u li jaċċertaw li l-klijenti jgawdu mill-aqwa opportunitajiet.

Għall-ewwel darba, l-HSBC qed jipprovdi ukoll self fuq għamara b’rata ta’ imgħax kompetittiva ħafna lil dawk il-klijenti li ħadu self għal dar mill-bank f’dawn l-aħħar sentejn. Din l-offerta tibqa’ tgħodd sat-30 ta’ Ġunju 2019.

Fuq self personali, apparti milli issa persuna tista’ tapplika onlajn, l-HSBC qed jerġa’ joffri rati kompetittivi fissi flimkien mal-possibbiltà li l-ħlas lura tas-self ikun fuq perjodu ta’ seba’ snin.

Rigward l-HSBC Premier u l-HSBC Advance, il-bank qed joffri lil dawk il-klijenti li jilħqu l-kriterji ta’ eliġibiltà u jissieħbu sat-28 ta’ Frar 2019, rigal fi flus kontanti ta’ €75 u €50 rispettivament bħala ringrazzjament talli jkunu għażlu l-HSBC bħala l-bank favorit tagħhom.

Klijenti li jixtiequ jiksbu aktar tagħrif dwar dawn l-offerti jistgħu jżuru hsbc.com.mt, iċemplu fuq 2380 2000, jew iżuru l-eqreb fergħa tal-HSBC.