Victor Moses ingħaqad mal-klabb Tork ta’ Fenerbahce b’self għal sena u nofs wara li tilef postu fit-tim ta’ Maurizio Sarri.

Il-plejer internazzjonali Niġerjan sieħeb lil Chelsea mingħand Wigan fl-2012 u kien misluf lil Liverpool, Stoke u West Ham. Hu lagħab 128 darba ma’ Chelsea u skurja 18-il gowl matul 4 staġuni. Moses kien plejer kruċjali fit-tim ta’ Antonio Conte li rebaħ il-Premier League Ingliż fl-2016-17 iżda lagħab biss 5 darbiet matul il-kampjonat attwali.

Fenerbahce jinsabu fil-15-il post fis-Super Lig wara li rebħu biss 3 logħbiet.