L-eks midfielder ta’ Chelsea John Obi Mikel mar lura l-Ingilterra hekk kif telaq lill-klabb Ċiniż Tianjin Teda. Il-plejer internazzjonali Niġerjan ingħaqad ma’ Middlesbrough FC li jilagħbu fiċ-Championship Ingliż u għandhom lil Tony Pulis bħala kowċ.

Skont diversi rapporti, AS Roma u Wolfsburg kienu fost il-klabbs li wrew interess f’Obi Mikel iżda l-plejer ta’ 31 sena stqarr kif l-għażla tiegħu li jiffirma ma’ Middlesbrough għal żmien qasir kienet influwenzata minn Tony Pulis:

“Tkellimt ma’ numru ta’ klabbs u tkellimt ukoll ma’ Tony [Pulis], kellna diskussjoni tajba flimkien. Qalli dwar id-direzzjoni li sejjer fiha dan il-proġett u għaraft li hemm qbil ma’ dak li nixtieq jien.”