Feyenoord ħabbru li l-kowċ tagħhom, Giovanni Van Bronckhorst, ser jitlaq lill-klabb fi tmiem l-istaġun. L-eks midfielder ta’ Barcelona, Arsenal u Rangers lagħab 200 darba ma’ Feyenoord matul żewġ perjodi differenti qabel ma beda jaħdem bħala kowċ mal-istess klabb fl-2011. Hu rebaħ ħames trofej minn meta ngħata l-inkarigu li jmexxi lill-ewwel ħdax fl-2015.

Van Bronckhorst stqarr fuq is-sit tal-klabb:

“Ilni ħafna naħseb jekk fi tmiem dan l-istaġun għandiex nibqa’ għal sena jew sentejn oħra ma’ Feyenoord. Dik kienet deċiżjoni iebsa għax Feyenoord jinsabu f’qalbi.”

“Madanakollu, matul il-karriera tiegħi dejjem smajt mill-emozzjonijiet ta’ ġo fija u bħalissa qed jgħiduli sabiex ma nagħmilx hekk.”