Skont Daily Mail, Inter iridu jbiegħu lill-eks plejer ta’ Borussia Dortmund u Wolfsburg Ivan Perisic. Il-klabb Taljan lest li jbigħuh għal £35m u Arsenal jidhru interessati fil-plejer Kroat li fl-2017 iffirma kuntratt ġdid għal ħames snin.

Is-sajf l-għadda Perisic kien viċin li jingħaqad ma’ Manchester United iżda t-trasferiment ma seħħx. Hu skurja 34 gowl f’142 logħba ma’ Inter Milan u jogħġob ferm lil Unai Emery li jixtieq jakkwista wkoll lil Denis Suarez b’self mingħand Barcelona.