Fi Rwanda qed jintużaw id-drones sabiex jissupplixxu persuni li jgħixu f’żoni li diffiċli tasal għalihom bi prodotti mediċinali.

Matul l-aħħar snin, il-pajjiż kien qed jissielet sabiex isib mezzi ta’ trasport aħjar. Dan minħabba li mill-14,000 kilometru ta’ toroq fi Rwanda, huma biss 2,000 kilometru tat-toroq li huma imwittija u aċċessibbli b’mod faċli.

Kumpanija bl-isem ta’ ZipLine qed tissielet sabiex persuni bi bżonn urġenti ta’ prodotti mediċinali u demm, ma jkollhom għalfejn jagħmlu sigħat twal jistennew. Huma ddisinjaw ajruplani żgħar ħafna li jtiru bħal drone. Ġeneralment drone jitlaq miż-żona sa massimu ta’ ħames minuti wara li jirċievu l-ordni.