European Union 2017

Skont rapport ġdid maħruġ mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kien effettiv għax kiseb finanzjament għal-investimenti fl-Unjoni Ewropea (UE). Skont stqarrija maħruġa mill-awdituri, huwa possibbli li l-ammonti ta’ investimenti mmobilizzati ġew iddikjarati b’mod eċċessiv.

L-awdituri sabu wkoll li parti mill-appoġġ tal-FEIS issostitwixxa fondi oħra mill-UE u mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-parti l-kbira tal-investimenti marru għal ftit mill-istati membri l-kbar tal-UE.

Il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri responsabbli mir-rapport qal li l-FEIS għandu profil għoli bħala programm emblematiku tal-UE. Hu qal li dan jagħmilha ferm aktar importanti li kull dikjarazzjoni dwar l-effettività tiegħu tkun ibbażata fuq pedament sodi.

L-awdituri għamlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet bil-għan li fost l-oħrajn, isir titjib fil-firxa ġeografika tal-investiment appoġġjat taħt l-FEIS.