Is-Sibt, 9 ta’ Frar, il-pubbliku se jkollu opportunità unika li jara u jieħu ritratt mat-Tazza prestiġjuża tal-UEFA Champions League waqt attività f’The Point Shopping Mall, f’ tas-Sliema, mill-10.30am sas-2pm.

It-Tazza se tinġieb Malta mill-Pepsi, is-Soft Drink Uffiċjali li ilu msieħeb mal-UEFA Champions League mill-2015, u f’din l-attività se jkun hemm ukoll sorpriża għax għaliha se jattendi footballer internazzjonali li kien rebaħ it-Tazza tal-UEFA Champions League.

Susan Weenink Camilleri, Head of Marketing & Communications ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qalet li, “Bis-saħħa tas-sħubija ta’ PepsiCo mal-UEFA Champions League, ferħanin ħafna li se nagħtu din l-opportunità unika lil dawk kollha li jsegwu l-futbol lokalment. Din hija esperjenza ta’ darba, u ħerqanin biex dakinhar naraw ħafna partitarji taċ-Champions League, ġewwa The Point.”

Simonds Farsons Cisk plc, li tibbottilja l-prodotti tal-Pepsi-Cola f’Malta, dan l-aħħar fakkret l-40 sena mis-sħubija tagħha ma’ PepsiCo, waħda mill-akbar korporazzjonijiet tal-industrija tal-ikel u x-xorb fid-dinja. Matul dawn is-snin, il-kumpanija ġiet magħrufa uffiċjalment u rebħet unuri għall-attenzjoni konsistenti tagħha għall-kwalità, riflessa fil-prodotti tal-Pepsi-Cola tal-ogħla livell fis-suq.

Il-prodotti tal-ikel u x-xorb ta’ PepsiCo huma rreklamati u mqassmin minn Simonds Farsons Cisk plc u Quintano Foods Limited, membri tal-Grupp Farsons, u jinsabu madwar Malta u Għawdex kollha.