Electrocardiogram Ecg Heartbeat Pulse Heart

Skont studju li sar minn Imperial College ta’ Londra u l-Università ta’ Liverpool huwa indikat li jistgħu jiżdiedu l-imwiet b’attakki tal-qalb u kundizzjonijiet simili oħra minħabba l-għoli fil-prezzijiet tal-frott u l-ħaxix b’riżultat ta’ Brexit.

Mill-istess studju qed ikun imbassar li dak li qed jissejjaħ ‘no-deal’ Brexit jista’ jkollu l-iktar impatt negattv b’riżultat ta’ iktar minn 12,000 imwiet bejn l-2021 u l-2030. L-istudju għamel użu minn data mill-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija u mill-HM Revenue and Customs biex jislet mudell li fuqu jinħadem l-impatt ta’ Brexit fuq is-saħħa.

Dan l-istudju jħares lejn diversi xenarji ta’ x’jista’ jiġri wara Brexit. Kull xenarju li ġie studjat kollha indikaw li l-prezzijiet se jiżdiedu. Fix-xenarju ta’ Brexit bla ftehim, il-prezzijiet tal-banana e jiżdied bi 17 fil-mija, il-frott taċ-ċitru b’14 fil-mija u t-tadam bi 15 fil-mija. Huwa imbassar li din iż-żieda se twassal liċ-ċittadini tar-Renju Unit jieklu bejn it-3 u l-11 fil-mija inqas frott u ħaxix.

Ir-riċerkaturi wissew li tnaqqis fil-konsum ta’ frott u ħaxix huwa fattur ta’ riskju kbir li jwassal għal mard kardjovaskulari, b’riżultat li jżid l-imwiet b’attakki tal-qalb u mard relatat ieħor.

 

Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġġ lil ġganti tat-teknoloġija biex jinvestu iktar kontra il-fake news

Il-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li rrikonoxxiet il-ħidma tal-kumpaniji l-kbar tat-teknoloġija bħal Facebook, Twitter u Google għal progress li għamlu biex ineħħu kontijiet foloz u siti li jippromwovu aħbarijiet foloz, wissiet li jridu jinvestu iktar enerġija sabiex jikkumbattu din il-pjaga moderna. Il-Kummissjoni qalet li x-xhur li ġejjin huma kruċjali minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Fi kliem uffiċċjali għolja, dawn il-kumpaniji jridu jinvestu riżorsi importanti f’ħidma li twassal għal aktar trasparenza fix-xiri ta’ riklami politiċi, li jippromwovu koperazzjoni bejn il-pjattaformi u l-istati membri u aċċess aħjar għad-data għal skopijiet ta’ riċerka.

Il-Kummissarju Ewropew għas-Sigurtà Ewropea Julian King qal fi stqarrija li l-ħidma trid issir f’qasir żmien minħabba li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jinsabu bieb u għatba l-bogħod. Fi kliemu ma jixtieqx li l-ewropa tqum l-għada tal-elezzjonijiet u tirrejalizza li missa għamlet iktar.

F’risposta għal dawn il-kummenti, kelliemi għal Twitter qalet li l-problema tal-informazzjoni qarrieqa hija waħda fuq livell ta’ soċjetà u għaldaqstant trid respons b’mod soċjali. Filwaqt li kelliemi għal Facebook qal li l-kumpanija investit b’mod massiċċ biex tiġġieled aħbarijiet foloz u li qed tneħħi kontijiet u kontenut li jmorru kontra l-valuri tal-komunità ta’ Facebook.

Hu mifhum li l-Unjoni Ewropea hija inkwetata fuq indħil barrani partikolarment minn kampanji ta’ misinformazzjoni mgħamulha minn partiti li għandhom simpatija lejn ir-Russja, b’riżultat ta’ żbilanċ fl-issues reali li għandhom jiġi indirizzati f’dawn l-elezzjonijiet.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista’ tirċievi l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net