Is-sena li għaddiet, ir-rebbieħa tal-Eurovision Song Festival kienet il-kantanta Netta u l-festival ta’ din is-sena għandu jsir f’Tel Aviv f’Iżrael f’Mejju li ġej.

Imma issa għadd ta’ nies magħrufa fil-kamp kulturali u mużikali qed jitolbu biex il-festival ta’ din is-sena ma jsirx f’Iżrael minħabba dak li jsejħu “il-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-Palestinjani”.

Dawn jinkludu l-mużiċista Peter Gabriel,id-direttur Mike Leigh,l-attriċi Miriam Margolyes, il-kittieb Yann Martel, il-membri tal-band mużikali Wolf Alice u d-disinjatriċi Vivienne Westwood.

Il-BBC qal li l-Eurovision “mhux avveniment politiku” u li ma japprova l-ebda messaġġ jew kampanja politika”. L-Unjoni Ewropea tax-Xandir (European Broadcasting Union), li torganizza l-kompetizzjoni, enfasizzat ukoll il-“karattru mhux politiku ta’ dan l-avveniment” u indikat li t-tħejjijiet f’Tel Aviv kienu diġà “avvanzati sew”.