L-eks-tfajla ta’ Emiliano Sala, li sparixxa wara li kien fuq ajruplan li hemm ċans kbir li kkraxxja, qed tappella fuq il-profil ta’ Instagram tagħha sabiex tfittxija għalih ma tieqafx. Kompliet tgħid li l-familja tiegħu u sħabu qed jistennew ir-ritorn tiegħu bi ħġarhom.

Berenice Schkair, li għandha 26 sena, spjegat kif ma tistax temmen li l-eks tagħha hemm ċans li jkun miet kawża tal-inċident li kien fih. Sostniet li temmen li għadu ħaj u appellat sabiex jagħmel kuraġġ u jibqa’ jissielet sakemm jinstab. Sala kien wieħed minn żewġ persuni fuq ajruplan li kien sejjer lejn Cardiff li ilu ma jidher fuq ir-radar mit-Tnejn filgħaxija.

Insistiet li hu laħaq bosta għanijiet matul ħajtu, u rnexxielu jagħmel karriera ta’ suċċess fid-dinja tal-futboll u inċident bħal dan ma kienx se jkun it-tmiem ta’ din il-karriera tiegħu.

Sostniet li ajruplan ma jistax jisparixxi b’dan il-mod u hemm bżonn li tiżdied il-ħidma sabiex dan il-plejer tal-futboll jinstab.