Sea Watch 3

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li s-47 immigrant li ilhom abbord il-bestiment Sea Watch 3 għal dawn l-aħħar 11-il ġurnata mistennija jitħallew jinżlu fi Sqallija.

Huwa ġie rrappurtat jgħid mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters li fi ftit sigħat se jibdew jitniżżlu mill-bastiment wara li dawn ġew salvati ‘l barra mill-kosta Libjana. Reuters qed tirrapporta wkoll li Conte qal li seba’ pajjiżi qablu li jaċċettaw uħud minn dawn l-immigranti. Conte qal li flimkien mal-Italja hemm Malta, l-Ġermanja, Franza, l-Portugall, ir-Rumanija u l-Lussemburgu li qablu li jieħdu lil dawn l-immigranti.

Il-Gvern populista Taljan li ġie elett is-sena li għaddiet kien għalaq il-portijiet tiegħu għall-bastimenti ta’ salvataġġ fi sforz biex jagħmlu pressjoni fuq il-pajjiżi Ewropej biex jaqsmu l-piż tal-immigrazzjoni.

Madwar 13-il tifel u tifla jinsab abbord il-bastiment u l-kundizzjoni tagħhom kienet sejra għall-agħar, bil-crew tal-bastiment jgħid li jinsabu f’sitwazzjoni prekarja.

It-tabib ta’ Sea-Watch 3 Dr Frank Dörner, qal li aktar kmieni matul il-ġurnata n-nies waqfu jieklu u qed jingħalqu fihom infushom. Xi wħud tant kemm qed jgħaddu minn instabbilità emozzjonali li qed jiġu użati fuqhom kalmanti. Dr Dörner qal li qed jibżgħu li oħrajn ħa jagħmlu suwiċidju, tant kemm huma trawmatizzati u mdejqa.

“Qed nibżgħu li jagħmlu suwiċidju” – It-tabib ta’ Sea-Watch 3