Il-kumpanija nazzjonali tal-ajru Air Malta, għal darba oħra reġgħet nediet it-titjira ‘Love Flight’ f’Jum San Valentinu.

Il-programm jikkonsisti f’lejl romantiku fil-belt ta’ Katanja fi Sqallija. Il-prezz huwa ta’ €149 għal kull persuna. Il-programm jibda b’merħba speċjali fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u jkompli b’postijiet riservati fil-Business Class abbord l-ajruplan ma’ bosta sorpriżi oħra. Inkluż fil-prezz hemm ikla fil-lukanda ta’ ħames stilel, Romano Palace Luxary Hotel, u prestazzjoni min-New Victorians fir-ristorant Hard Rock Café fl-Ajruport ta’ Malta. It-trasport lejn u mill-ajruport ta’ Katanja huwa inkluż ukoll.

Kull min jixtieq jikseb iżjed informazzjoni jew jibbukkja l-biljetti tiegħu jista’ jagħmel dan minn hawn.