Id-Dukessa ta’ Sussex kitbet messaġġi personali ta’ imħabba u appoġġ fuq numru ta’ banana għal ħaddiema tas-sess fit-toroq biex isibuhom fil-pakketti tal-ikel tagħhom.

Meghan ġiet ispirata b’din l-idea waqt żjara spontanja li għamlet lill-organizzazzjoni One25. Waqt li kienet qed tgħin fil-preparazzjoni tal-pakketti tal-ikel, Meghan staqsiet jekk kienx hemm xi marker fil-viċin. Mingħajr ma ħasbitha darbtejn, Meghan bdiet tikteb messaġġi ta’ inkoraġġiment.