Ħarġu twissijiet għat-temp minħabba s-silġ f’diversi partijiet tal-Ingilterra hekk kif tempt xitwi qed jaffettwa lir-Renju Unit.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku qed javża lin-nies biex joqgħodu attenti hekk kif il-borra mistennija ddub matul il-ġurnata u tiffriża meta jaqa’ l-ksieħ. Partijiet mir-Renju Unit bħalissa qed iħejju ruħhom għall-aktar lejl kiesaħ ta’ din ix-xitwa b’- 12°C.

Mill-banda l-oħra, fl-Awstralja t-toroq qed jinħallu bis-sħana bil-konsegwenza li l-materjal qed jeħel mar-roti tal-karozzi.

Filmat: Jo Lester