Fl-Awstralja t-toroq qed jinħallu bis-sħana bil-konsegwenza li l-materjal qed jeħel mar-roti tal-karozzi.

Is-sħana tremenda ilha għaddejja għal madwar tliet ġimgħat b’bosta żoni jiffaċċjaw temperaturi ta’ aktar minn 40 gradi celcius. F’Alice Springs, it-temperaturi ilhom 41 gradi celcius għal 14-il ġurnata konsekuttiva.

Il-massimu tat-temperatura madwar l-Awstralja telgħet għal 46.2 gradi celcius. Dan kiser l-aħħar rekord ta’ temperaturi sħan tal-1939. Fil-Grigal tal-Awstralja kien hemm ħafna qtugħ ta’ dawl u anke nirien li wasslu għall-mewt ta’ ħafna annimali.

Mill-banda l-oħra, hekk kif ħafna mill-Punent tal-Istati Uniti jinsab taħt lockdown u n-nies qed ikunu mħeġġa jibqgħu f’darhom, xi wħud kienu kuraġġużi u ħarġu barra f’temperaturi li kuljum qed jinżlu iktar taħt iż-żero biex jieħdu ritratti tat-temp estrem li jinsabu fih.

14-il ritratt li juru l-kesħa tremenda bħalissa fl-Istati Uniti.