L-istudenti għandhom ikunu projbiti milli jieħdu l-mowbajls l-iskola. Hekk sostna mal-midja l-Ministru Ingliż għall-istandards fl-iskejjel tar-Renju Unit.

Nick Gibb qal dan waqt intervista li saret riċentament qabel jiġu ppubblikati l-linji gwidi ġodda għall-iskejjel. Dawn il-linji gwida mistennija jindirizzaw is-sigurtà fuq l-internet, il-midja soċjali u l-logħob onlajn. Qed ikun antiċipat li dawn il-linji gwidi jinsistu li ż-żgħażagħ ikunu mgħallma dwar kif jillimitaw il-ħin tagħhom fuq l-internet.

Nick Gibbs – Il-Ministru għall-istandards fl-iskejjel

Gibb saħaq li l-iskejjel għandhom l-awtorità biex jiprojbixxu lill-istudenti milli jieħdu l-mowbajls magħhom, madanakollu s’issa din il-politika hija responsabilità tal-kapijiet tal-iskejjel biex jiddeċiedu jekk għandhiex tkun implimentata fl-iskejjel tagħhom.

Filwaqt li l-Unjin tal-kapijiet tal-iskejjel fir-Renju Unit esprimiet xettiċiżmu dwar dan, Gibb sostna li diġa hemm diversi skejjel fejn il-kapijiet tal-iskola ħadu din id-deċiżjoni u qed jimplimentawha.