Illejla niżel is-silġ f’xi lokalitajiet f’Għawdex.

Intant, it-tbassir tat-temp għat-tlett ijiem li ġejjin jaf ma jinżilx daqstant tajjeb ma’ dawk li jippreferu xemx tiżreġ milli tqattir tax-xita u xi sajjetta l’hemm u l’hawn. Skont il-paġna ta’ Facebook, Malta Weather Alert, għada t-temp mistenni jkun imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita. Jista’ jkun hemm ukoll maltempati bir-ragħad u bis-silġ.