It-tbassir tat-temp għat-tlett ijiem li ġejjin jaf ma jinżilx daqstant tajjeb ma’ dawk li jippreferu xemx tiżreġ milli tqattir tax-xita u xi sajjetta l’hemm u l’hawn.

Skont il-paġna ta’ Facebook, Malta Weather Alert għada t-temp mistenni jkun imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita. Jista’ jkun hemm ukoll maltempati bir-ragħad u bis-silġ.

Nhar it-Tlieta, it-temp huma mbassar li jkun imsaħħab bix-xita. Bil-lejl, jaf jinżel is-silġ. Ir-riħ se jkun qed jonfoħ b’forza 5 sa 6.

Nhar l-Erbgħa, skont Malta Weather Alert it-temp għandu jkun imsaħħab u bix-xita. It-temperatura tkun bejn 15 u 10 °C.

It-tbassir tat-temp tal-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa simili.

MIA