Keith Barraclough

Karlie ġiet abbandunata mis-sidien tagħha fl-Istati Uniti għax kienet “wisq xiħa”. Hi kienet ittieħdet f’xelter tal-klieb fi Florida iżda ftit kienet taf li minkejja li ġiet abbandunata kienet se ssir kemmxejn famuża.

Il-kelba tat-tip poodle hija kelba enerġetika ħafna, tħobb tilgħab u tiġri, u tinsab f’kundizzjoni fiżika tajba ħafna. Fl-aħħar jiem, hi spiċċat waħda mill-istilel tal-programm Dog Bowl II, li huwa verżjoni għall-klieb tal-avveniment popolari Amerikan magħruf bħala Super Bowl. Waqt is-serata, Karlie kienet ħafna iktar interessata li turi l-affezzjoni tagħha lejn il-bnedmin li kienu fuq is-set, milli tilgħab u tiġri wara l-ballun.

Id-Direttur tax-xelter fejn tinsab Karlie, Laurie Johnson, qalet li l-kelba hija waħda minn dawk li tħobb in-nies, anke persuni li lanqas biss qatt iltaqgħet magħhom.

Kull sena mill-2005, l-istazzjon televiżiv Animal Planet xandar “Puppy Bowl”, parti minn dan il-programm jinkoraġġixxi l-addozzjoni ta’ klieb li huma aktar avvanzati fl-età mix-xelters fil-pajjiż, annimali li għandhom bżonnijiet speċjali u razzez ta’ annimali li huma iktar diffiċli sabiex issibilhom dar.