L-awtriċi Antoinette Borg TĦOBB il-matematika. Iva, apposta miktuba ittri kbar, għax tħobbha ħafna ħafna. Togħxa fin-numri għax, fi kliemha, fejn hemm in-numri hemm is-soluzzjonijiet. U għalhekk kull darba li tisma’ lil xi ħadd jgħid kemm jobgħod il-matematika, qalbha tixxellef xi ftit. Kif, tistaqsi lilha nnifisha, ma jarawx kemm il-ġmiel tan-natura hu kollu msejjes madwar il-matematika? Il-mużika, l-arti, il-poeżija, il-proża – kollu matematika – dejjem tkun trid tweġibhom hekk meta tara lin-nies jippanikkjaw malli jaraw erba’ numri.

U proprju dan li wassal lil Borg tikteb ir-rumanz ġdid tagħha Amina. Frederick Zammit jitkellem ma’ Antoinette dwar dan il-ktieb waqt l-edizzjoni tal-lum ta’ Nitfa Kultura.