Waqt Follow Up tat-Tnejn 4 ta’ Frar 2019, nitkellmu ma’ Andrew Azzopardi dwar id-djar tat-tfal tal-Knisja, waqt li Christine Micallef titkellem dwar il-lingwaġġ newtrali (‘gender neutral language’) fil-lingwa u Peter Gingell jitkellem dwar in-nuqqas tan-nies fl-attendenza tal-Quddies. Ikollna ukoll kollegament telefoniku mal-‘blogger’ il-ġdid ta’ Newsbook.com.mt Iggy Fenech. Imexxi l-programm Fr Joseph Borg.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.