Charlene Galea

Il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna wissiet biex in-nies jevitaw żoni fejn jaħkem l-iżjed ir-riħ, speċjalment lejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta. Spjegat li l-mewġ għandhom jilħqu sa 6 metri. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-lejla. Din il-paġna qalet ukoll li mistennija iktar ħalbiet tax-xita qawwija, bir-ragħad u silġ.

Skont paġna oħra, Maltese Islands Weather, il-maltemp se jolqot lill-gżejjer Maltin l-iżjed, iktar tard illum. Dan għaliex il-front se jestendi lejn il-Punent biex jilħaq iċ-ċentru tal-Mediterran. Din il-paġna wissiet li x-xita se tibqa’ għaddejja, flimkien mar-ragħad u anke silġ kultant. Ir-riħ mistenni jkun qawwi mill-Grigal, u jaħkem l-iżjed illejla. Għada l-Erbgħa t-temp mistenni jaqleb għall-aħjar.

Minn naħa l-oħra l-paġna ta’ Facebook, Malta Weather, qalet li fi tmiem il-ġimgħa għandu jkun hawn perjodi twal xemxin u temperatura li tinħass sħuna, minħabba li l-firxa ta’ pressjoni għolja se testendi saċ-ċentru tal-Mediterran.

Għandek ritratti tal-maltemp? Ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt

This slideshow requires JavaScript.