Fiona Allen - BBC

Fiona Allan ta’ 28 sena għandha kundizzjoni li jkollha tiekol minn tubu apposta li jgħaddi minn imneħirha. Hija damet biex aċċettat kif kienet qed tidher u rrealizzat li hawn diversi tfal li jgħaddu minn din l-esperjenza wkoll.

Hija kkreat dawn it-teddy bears li magħhom għandhom tubu tal-ikel jew xi apparat mediku ieħor biex t-tfal ikunu jistgħu jiddentifikaw magħhom u jgħinu lil ħaddieħor jifhem il-kundizzjoni tal-persuna. Mal-BBC Fiona qalet li dawn it-teddy bears qed jagħmlu differenza u tixtieq li dawn jibqgħu jsiru.

Hija dilettanta tax-xogħol tal-idejn u qalet li kienet ġie mitluba tagħmel teddy bear għal tifla bl-awtiżmu. Wara li ttellgħu diversi ritratti fuq il-midja soċjali, Fiona kellha diversi talbiet għal dawn it-teddy bears.  Hija spjegat li għamlet ġugarell forma ta’ fenek għal tifla li għandha kundizzjoni fejn għandha tliet tubi li jridu jkunu kontinwament fuq it-tifla. Omm tifla spjegat li t-tifla tista’ aktar taċċetta l-kundizzjoni tagħha u l-apparat mediku li għandha magħha.

Bejn l-4 u t-8 ta’ Frar huwa ddedikat għall-għarfien internazzjonali dwar użu ta’ tubi tal-ikel u Fiona qalet li dan huwa mod kif tista’ tgħin lil ħaddieħor b’dak li tagħmel.