Il-klabb tal-futbol Franċiż Nantes ħadu passi legali fil-konfrott tal-klabb Ingliż Cardiff City hekk kif il-Cardiff City qed jintalbu jħallsu għall-plejer Emiliano Sala skont sorsi viċin Sky.

AQRA: Plejer ta’ Cardiff City fuq ajruplan mitluf

Is-Sibt ta’ qabel ma għeb l-ajruplan, Sala ffirma kuntratt jiswa madwar €17-il miljun. Il-klabb Franċiż qed jitlob li jsir l-ewwel pagament dovut lejhom b’mod immedjat.

AQRA: “Qiegħed fuq ajruplan li qisu se jaqa’” – l-aħħar messaġġ lill-familja

Skont l-aħbarijiet sportivi tal-iSky jidher li l-Cardiff City jixtiequ jistennew sakemm ikun hemm investigazzjoni dwar it-tiġrif tal-ajruplan fil-Kanal Ingliż qabel ma jibdew iħallsu għal Sala.

Il-Cardiff City għadhom ma ħallsu xejn mis-somma rekord għall-klabb għat-trasferiment ta’ Sala.

L-Air Accidents Investigation Branch (AAIB) bdew jippruvaw jirrikupraw ġisem li nstab qalb it-tifrik tal-ajruplan f’qiegħ il-baħar il bieraħ. Madanakollu għadu mhux magħruf jekk hux ta’ Sala jew inkella tal-pilota, David Ibbotson.

AQRA: Aġġornata: Ġisem qalb it-tifrik tal-ajruplan li kien fuqu Sala