Waqt li kienu mwaħħlin fit-traffiku f’Manchester, il-koppja Sonal Vasta u Vik ġratilhom storja li ma jistgħu jinsewha qatt. Sonal ħasset li se twelled lit-tarbija tagħha, iżda hi tgħid li s-sieħeb tagħha ma emminhiex.

Hi qalet li s-sitwazzjoni li kienu fiha kienet pjuttost kalma, minħabba li kienu qed imorru sessjonijiet tal-yoga fejn dejjem urewhom li trid tibqa’ kalma meta twelled. Però għalkemm qatt f’mitt sena ma kienet tobsor li kienet ħa twelled fuq wara tal-karozza, xorta żammet ruħha kalma. Tant kemm kienet kalma li l-qwiebel qalulha li lanqas kellha bżonn tidħol l-isptar u s-sieħeb tagħha lanqas waqqaf il-karozza.

Il-kurdun, qalet Sonal, kien mdawwar ma’ għonq it-tifel, u fortunatament bis-saħħa tal-assistenza fuq it-telefown mill-isptar, kollox mexa b’wiċċ il-ġid. L-unika sitwazzjoni li fiha ma baqgħux kalmi kienet xħin Vik irċieva l-kont tat-tindif tal-karozza!